190 likes | 384 Views
Kelma tal-Ħajja. Di ċ embr u 2012. « Lil dawk li laqgħuh, tahom is-setgħa li jsiru wlied Alla » ( Ġw 1,12). L-aħbar kbira u ġdida li wassal Ġesù lill-bnedmin kollha hija din: aħna wlied Alla, bil-grazzja tiegħu aħna nsiru wlied Alla.
E N D
Kelma tal-Ħajja Diċembru 2012
«Lil dawk li laqgħuh, tahom is-setgħa li jsiru wlied Alla»(Ġw 1,12).
L-aħbar kbira u ġdida li wassal Ġesù lill-bnedmin kollha hija din: aħna wlied Alla, bil-grazzja tiegħu aħna nsiru wlied Alla.
Imma kif u ’l min tingħata din il-grazzja? “Lil dawk li laqgħuh” u ’l dawk li għad jilqgħuh matul is-sekli.
Jeħtieġ li nilqgħuh bil-fidi u bl-imħabba billi nemmnu li Ġesù hu l-Feddej tagħna.
Imma ejjew infittxu li nifhmu aktar fil-fond xi tfisser li nkunu wlied Alla.
Biżżejjed tħares lejn Ġesù, l-Iben t’Alla, u lejn ir-rabta tiegħu mal-Missier: Ġesù kien jitlob ’il Missieru kif talab fil-“Missierna”. Għalih Missieru kien ‘Abbà’, jiġifieri missier għażiż, il-papà. Lejh kien idur b’kunfidenza bla tarf u b’imħabba mill-aktar kbira.
Imma billi ġie fid-dinja minħabba fina, ma kienx biżżejjed għalih li jkun f’din il-kundizzjoni ta’ privileġġ.
Meta miet għalina, u fdiena, hu għamilna wlied Alla u ħutu, u permezz tal-Ispirtu s-Santu, tana wkoll iċ-ċans li nidħlu fi ħdan it-Trinità.
B’hekk aħna wkoll nistgħu nitolbu t-talba divina tiegħu: “Abbà, Missier!” “papà, missieri”, missierna, bil-konsegwenzi kollha li din il-kelma ġġib magħha: ċertezza li hemm hu li jħarisna, li jserrħilna moħħna, u aħna nintelqu f’imħabbtu, fil-faraġ li jagħti Alla, fil-qawwa, fil-ħeġġa; ħeġġa li titwieled f’qalb dawk li jafu li hemm xi ħadd li jħobbhom.
«Lil dawk li laqgħuh, tahom is-setgħa li jsiru wlied Alla»(Ġw 1,12).
Il-magħmudija u l-ħajja tal-grazzja li tiġi minnha tagħmilna ħaġa waħda ma’ Kristu u flimkien miegħu aħna wlied fl-Iben.
F’din is-silta tal-Vanġelu nsibu wkoll kelma li biha nifhmu d-dinamiżmu profond tal-fatt li aħna wlied. Dan irridu nwettquh jum wara jum. Infatti jeħtiġilna “insiru wlied Alla”.
Aħna nsiru u nikbru bħala wlied Alla billi nwieġbu għal dan id-don tiegħu u billi ngħixu r-rieda tiegħu li nsibuha miġbura kollha kemm hi fil-kmandament tal-imħabba: imħabba t’Alla u mħabba tal-proxxmu.
Infatti, li tilqa’ ’l Ġesù jfisser tagħrfu fil-proxxmu tiegħek kollu. Huma wkoll jistgħu jagħrfu ’l Ġesù u jemmnu fih, jekk fl-imħabba tagħna lejhom huma jilmħu parti, xrara tal-imħabba bla tarf tal-Missier.
«Lil dawk li laqgħuh, tahom is-setgħa li jsiru wlied Alla»(Ġw 1,12).
Dan ix-xahar li fih infakkru b’mod speċjali t-twelid ta’ Ġesù fid-dinja, għandna nagħmlu ħilitna kollha biex nilqgħu ’l xulxin, billi ngħixu u naqdu ’l Kristu nnifsu f’ħutna l-bnedmin.
Imbagħad bejnietna u l-Missier titwieled l-imħabba u l-għarfien tal-ħajja bħal dik li torbot l-Iben mal-Missier fl-Ispirtu. U fuq xufftejna terġa’ tinstema’ b’mod dejjem ġdid it-talba ta’ Ġesù: Abbà, Missier.
«Lil dawk li laqgħuh, tahom is-setgħa li jsiru wlied Alla» (Ġw 1,12). “Kelma tal-Ħajja”, pubblikazzjoni ta’ kull xahar tal-Moviment tal-Fokolari. Kitba ta’ Chiara Lubich, fl-1998 Grafika ta’ Anna Lollobis-sehem ta’ Fr Placido D’Omina (Sqallija, Italja)Dan il-kumment għall-Kelma tal-Ħajja jinqaleb f’96 lsien u djalett,u jilħaq miljuni ta’ persuni fid-dinjapermezz ta’ ġurnali, radju, TV jew internet.Għal iżjed tagħrif żur www.focolare.orgDan il-PPS, f’diversi ilsna huwa mxandar fuq is-sit www.santuariosancalogero.org