1 / 12

Iż-żu tiegĦi

Iż-żu tiegĦi. Julianne Marie Vella Il-Ħames Sena. Jiena Julianne u nħossni xortija tajba għax in-nannu tiegħi tani ħafna flus u għaldaqstant irnexxieli nwettaq il-ħolma tiegħi. Bnejt l-isbaħ żu fid-dinja. Iddecidejt li nixtri biċċa art f’Ħal Għaxaq.

Download Presentation

Iż-żu tiegĦi

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. Iż-żu tiegĦi Julianne Marie Vella Il-Ħames Sena

  2. Jiena Julianne u nħossni xortija tajba għax in-nannu tiegħi tani ħafna flus u għaldaqstant irnexxieli nwettaq il-ħolma tiegħi.

  3. Bnejt l-isbaħ żu fid-dinja. Iddecidejt li nixtri biċċa art f’Ħal Għaxaq. Din il-biċċa art xtaqt nużaha u nibni żu mdaqqas jismu “Tagħna t-Tfal”.

  4. Fiż-żu hemm:- Panda ħelwa; Kukkudrilli ħodor ħaxix; Għasafar ta’ kull tip; u diversi annimali oħra.

  5. Iż-żu kien inawgurat mill-President ta’ Malta Dr. George Abela. Id-donazzjonijiet marru għall-Community Chest Fund. L-inawgurazzjoni saret fl-ewwel ta’ Ottubru 2012.

  6. Din l-attivita’ bdiet fis-sebgħa u nofs ta’ filgħaxija u spiċċat fid-disgħa nieqes kwart. Kien hemm diversi kantanti li kantaw kanzunetti mill-isbaħ. In-nies li attendew kellhom l-opportunita’ li jitimgħu l-annimali bl-ikel li kien mogħti lilhom minn min jieħu ħsieb iż-żu.

  7. Fiż-żu hemm funtana enormi u madwarha jgħixu annimali tal-ilma fosthom dniefel, papri, kukkudrilli, pengwini u ħut. Din il-funtana hi maqsumha f’erba’ biċċiet. L-ewwel biċċa hi għall-erba’ pengwini.

  8. Il-pengwini jħobbu joqogħdu taħt in-nixxiegħa ta’ l-ilma ġieri u fil-borra sabiex ikunu jistgħu jgħixu fl-ambjent naturali tagħhom. Fit-tieni parti joqogħdu l-kukkudrilli. Kulħadd jibża’ meta jiftħu għajnejhom.

  9. It-tielet biċċa tal-funtana hi tal-ħut u tal-papri. B’kollox hemm erbgħin ħuta ta’ kull tip u lewn. Hemm tlettax-il papra u tliet ċinji.

  10. L-iżjed parti favurita tiegħi hi fejn jaqbżu u jogħlew id-dniefel mal-mużika maġika li ddoqq il-ħin kollu. Dawn huma annimali intelliġenti u għalhekk jitgħallmu malajr. Għandhom il-lingwa tagħhom ukoll.

  11. Fiż-żu hemm ukoll żona ta’ rikreazzjoni għal min iżur il-post. It-tfal kollha jkunu jistgħu jistrieħu, jilagħbu u jieħdu gost flimkien f’din il-ġenna tal-art Maltija.

  12. Naħseb li n-nies se jiġu u jieħdu gost jaraw l-annimali sbieħ u extraordinarji taż-żu tiegħi “Tagħna t-Tfal”.

More Related