1 / 38

IL-FESTA TAL-MAGĦMUDIJA TAL-MULEJ

www.ofm.org.mt. IL-FESTA TAL-MAGĦMUDIJA TAL-MULEJ. L-EWWEL QARI Qari mill-Ktieb tal-Profeta Isaija Is 42, 1-7. Dan igħid il-Mulej: “Araw il-qaddej tiegħi, li jiena nwieżen, il-maħtur tiegħi, li fih qalbi strieħet!. Qegħidt ir-ruħ tiegħi fuqu, biex iġib il-ġustizzja lill-ġnus.

gafna
Download Presentation

IL-FESTA TAL-MAGĦMUDIJA TAL-MULEJ

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. www.ofm.org.mt IL-FESTA TAL-MAGĦMUDIJA TAL-MULEJ

  2. L-EWWEL QARI Qari mill-Ktieb tal-Profeta Isaija Is 42, 1-7

  3. Dan igħid il-Mulej: “Araw il-qaddej tiegħi, li jiena nwieżen, il-maħtur tiegħi, li fih qalbi strieħet!

  4. Qegħidt ir-ruħ tiegħi fuqu, biex iġib il-ġustizzja lill-ġnus.

  5. Ma jgħajjatx, ma jgħollix leħnu, ma jsemmax leħnu fil-pjazez, qasba mġelġla ma jiksirhiex, musbieħ inemnem ma jitfihx.

  6. Iġib il-ġustizzja lill-ġnus, ma jegħjiex, ma jitfarrakx, sakemm ma jwaqqafx il-ġustizzja

  7. fuq l-art,għax il-gżejjer imbiegħda jistennew il-liġi tiegħu.’’

  8. Dan igħid Alla, il-Mulej, li ħalaq u firex is-smewwiet u l-medda ta’ l-art bil-frott

  9. u l-ħdura tagħha, u jagħti l-ħajja lill-popli li hemm fiha u r-ruħ lil dawk li jgħixu fiha:

  10. “Jien, il-Mulej, sejjaħtlek fis-sewwa, qbadtek minn idek, sawwartek u għamilt minnek patt tal-poplu,

  11. dawl għall-ġnus, biex int tiftaħ għajnejn il-għomja, toħroġ lill-ilsiera mill-ħabs u ’l dawk li hemm fid-dlam minn dar l-egħluq.”

  12. Il-Kelma tal-MulejInroddu ħajr lil Alla

  13. Il-Mulej ibierek lill-poplu tiegħu fis-sliem. SALM RESPONSORJALI Salm 28

  14. Agħtu lill-Mulej, ulied Alla,Agħtu lill-Mulej glorja u qawwa,Agħtu lill-Mulej il-glorja ta’ Ismu,inxteħtu quddiem il-Mulej bi lbies qaddis.

  15. R/. Il-Mulej ibierek lill-poplu tiegħu fis-sliem.

  16. Leħen il-Mulej fuq l-ibħra,il-Mulej fuq l-ibħra setgħana.Leħen il-Mulej hu qawwi,leħen il-Mulej setgħan.

  17. R/. Il-Mulej ibierek lill-poplu tiegħu fis-sliem.

  18. Alla tal-glorja jriegħed,u fit-tempju tiegħu kulħadd igħid: Glorja!Il-Mulej għeleb id-dilluvju;isaltan il-Mulej għal dejjem.

  19. R/. Il-Mulej ibierek lill-poplu tiegħu fis-sliem.

  20. IT-TIENI QARIQari mill-Ktieb ta’ l-Atti ta’ l-Appostli Atti 10, 34-38

  21. F’dak iż-żmien: Pietru qabad jitkellem u qal: “Issa qiegħed nifhem li tassew Alla ma jħarisx lejn l-uċuħ,

  22. iżda kull min għandu l-biża’ tiegħu u jagħmel is-sewwa, ikun minn liema nazzjon ikun, hu milqugħ minnu.

  23. Intom tafu li hu bagħat il-kelma tiegħu lil ulied Israel biex ixandrilhom il-Bxara t-Tajba tas-sliem b’Ġesù Kristu,

  24. li hu s-Sid ta’ kollox; u tafu b’dak li ġara mil-Lhudija kollha, ibda mill-Galilija, wara li Ġwanni xandar il-magħmudija:

  25. kif Alla kkonsagra ’l Ġesù ta’ Nażaret bl-Ispirtu s-Santu u bil-qawwa,

  26. u kif dan Ġesù għadda jagħmel il-ġid u jfejjaq ’il dawk kollha li kienu maħkuma mix-xitan, għax Alla kien miegħu.’’

  27. Il-Kelma tal-MulejInroddu ħajr lil Alla

  28. Hallelujah HallelujahIs-smewwiet infetħu, u leħen il-Missier instama’:Dan hu Ibni l-Għażiż, isimgħu liluHallelujah

  29. L-EVANĠELJUQari mill-Evanġelju ta’ San MattewMt 3, 13-17

  30. F’dak iż-żmien: Deher Ġesu’ ġej mill-Galilija lejn il-Ġordan għand Ġwanni biex jitgħammed minnu.

  31. Imma Ġwanni ma ħalliehx, u qallu: “Jiena hu li jeħtieġ nitgħammed minnek, u int tiġi għandi?

  32. ’’ Ġesu’ qallu: “Int għalissa ħallik minn dan, għax hekk jixraq nimxu biex inkunu għamilna u temmejna s-sewwa kollu.’’

  33. Imbagħad Ġwanni ħallieh jitgħammed.

  34. Ġesu’ wara li tgħammed, minnufih tela’ mill-ilma;

  35. u ara, is-smewwiet infetħu, u ra l-Ispirtu ta’ Alla nieżel qisu ħamiema u jieqaf fuqu.

  36. U mis-smewwiet instama’ leħen igħid: “Dan hu Ibni l-għażiż; fih sibt il-għaxqa tiegħi.’’

  37. Il-Kelma tal-MulejIt-Tifħir Lilek Kristu

  38. www.ofm.org.mt IL-FESTA TAL-MAGĦMUDIJA TAL-MULEJ

More Related