1 / 27

Qari mill-ktieb tal-Profeta Malakija . Mal 3, 13-20

Ara , jiġi l- Jum , jaqbad qisu forn. Qari mill-ktieb tal-Profeta Malakija . Mal 3, 13-20. Iebes għalija kliemkom - jgħid il-Mulej - imma intom tgħidu: “X’għedna kontrik?” Intom tgħidu: “Hu għal xejn li taqdi lil Alla ! U x’jiswa jekk.

Download Presentation

Qari mill-ktieb tal-Profeta Malakija . Mal 3, 13-20

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. Ara, jiġi l-Jum, jaqbadqisuforn. Qari mill-ktiebtal-ProfetaMalakija. Mal 3, 13-20

  2. Iebes għalija kliemkom - jgħid il-Mulej- imma intom tgħidu: “X’għedna kontrik?” Intom tgħidu: “Hu għal xejn li taqdi lil Alla ! U x’jiswa jekk

  3. ħarisna t-twissijiet tiegħuu jekk imxejna b’qalb imnikkta quddiem il-Mulej tal-eżerċti? Mela issa ħa nsejħulhom aħna hienja n-nies kburin; dawk kollha li jagħmlu

  4. l-ħażen mhux biss imurilhom kollox bir-riżq, imma wkoll meta jġarrbu ‘l Alla jeħilsuha ħafif!” Hekk qalu wieħed lil ieħor dawk li jibżgħu mill-Mulej; u l-Mulej ta widen

  5. u sama’; nkiteb quddiemu ktieb it-tifkirit minħabba f’dawk li jibżgħu minnu u dawk li jafdaw f’ismu. U fil-jum imħejji minni - jgħid il-Mulej tal-eżerċti- huma jkunu għalija teżor

  6. liema bħalu, u nagħdirhom kif raġel jagħder lil ibnu li jaqdih. Imbagħad mill-ġdid tagħrfu tagħżlu bejn il-ġust u l-ħażin, bejn min jaqdi ’l Alla u min ma jaqdihx.

  7. Għax, ara, jiġi l-Jum, jaqbad qisu forn, u l-kburin kollha u dawk kollha li jagħmlu l-ħażen ikunu tiben, u l-jum li ġej għad jaħraqhom-jgħid il-Mulej tal-eżerċti- hekk li

  8. ma jħallilhom la għerq u lanqas fergħa. Imma għalikom li tibżgħu minn ismi titla’ x-xemx tal-ġustizzja.

  9. Il-Kelma tal-Mulej. R:/ Irroddu ħajr lil Alla

  10. Salm Responsorjali R:/ Hieni l-bniedem li jqiegħed fil-Mulej it-tama tiegħu

  11. Hieni l-bniedem li ma jimxix fuq il-parir tal-ħżiena, li ma jiqafx fi triq il-ħatjin, li ma joqgħodx fil-laqgħat taż-żeblieħa;

  12. imma fil-liġi tal-Mulej hi l-għaxqa tiegħu, lejl u nhar jaħseb fil-liġi tiegħu

  13. R:/ Hieni l-bniedem li jqiegħed fil-Mulej it-tama tiegħu

  14. Hu bħal siġra mħawla ħdejn nixxigħat tal-ilma li tagħmel il-frott fi żmienha, u l-werqa tagħha ma jidbielx; hu jirnexxi f’kulma jagħmel.

  15. R:/ Hieni l-bniedem li jqiegħed fil-Mulej it-tama tiegħu

  16. Mhux hekk il-ħżiena, mhux hekk; Iżda huma bħal tibna li jtajjarha r-riħ. Għax triq it-tajbin il-Mulej jafha; Imma triq il-ħżiena tintemm fix-xejn.

  17. R:/ Hieni l-bniedem li jqiegħed fil-Mulej it-tama tiegħu

  18. Hallelujah, Hallelujah Hallelujah IftħilnaqalbnaMulej, biexnifhmudak li kiejgħidibnek. Hallelujah, Hallelujah

  19. Qari Mill-Evanġelju skont San Luqa Lq 11, 5-13 Glorjalilek Mulej Itolbu u jingħatalkom.

  20. F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Wieħed minnkom ikollu ħabib li jiġih f’nofs ta’ lejl u jgħidli: <Ħabib, islifni tliet ħobżiet, għax ġie għandi

  21. wieħed ħabib tiegħi mill-vjaġġ u ma għandix x’nagħtih.> U l-ieħor iwieġbu minn ġewwa u jgħidlu: <Iddejjaqnix; issa l-bieb magħluq, u wliedi qegħdin

  22. fis-sodda miegħi; ma nistax inqum nagħtik.> Ngħidilkom jien, li jekk ma jqumx jagħtih għax ħabib tiegħu, iqum u jagħtih kulma jkollu bżonn minħabba l-wiċċ sfiq

  23. tiegħu. Ujien ngħidilkom: Itolbu u jingħatalkom, fittxu u ssibu, ħabbtu u jiftħulkom. Għax min jitlob, jaqla’; min ifittex, isib; u min iħabbat, jiftħulu.

  24. Min hu dak il-missier fostkom li, jekk ibnu jitolbu ħuta, minflok ħuta jagħtih serp? Inkella jekk jitolbu bajda jagħtih skorpjun? Mela jekkintom, nies ħżiena

  25. bħalkom, tafu tagħtu lil uliedkom ħwejjeġ tajba, kemm aktar il-Missier mis-smewwiet jagħti spirtu qaddis lil dawk li jitolbuhulu!”

  26. Il-Kelma tal-Mulej R:/ It-tifħirlilekKristu

  27. ĦSIEB

More Related